Għall-ħabta tas-19:30 tal-lejla fil-Mellieħa seħħet sparatura li fiha weġġgħu żewġ persuni. L-inċident seħħ fi Triq il-Qammieħ (fl-inħawi tat-Torri l-Aħmar fil-Mellieħa). Il-Każ hu relatat mal-kaċċa.
Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li xufier ta’ 29 sena mill-Mellieħa u passiġġier ta’ 30 sena mill-Gżira kienu għaddejjin fil-vann tat-Tip Toyota Hilux meta għal xi raġuni ntlaqtu minn xi ċomb.
Iż-żewġ ambulanzi li kien hemm fuq il-post ħadu lill-vittmi lejn l-isptar Mater Dei filwaqt li ġew skortati mill-Pulizija. Bħalissa l-Pulizija qed jinvestigaw x’ġara u x’kienet il-kawża tal-inċident.
Il-kundizzjoni tal-persuni milquta għadha mhix magħrufa.
Aktar dettalji ‘l quddiem.














