L-ekskowċ ta’ Bayern Munich Jupp Heynckes mistenni jerġa’ jibda jmexxi lill-istess klabb hekk kif rapporti fil-Ġermanja qed jgħidu li dan se jieħu post Carlo Ancelotti li tkeċċa ġimgħa ilu.
Heynckes, li għandu 72 sena kien l-aħħar kowċ li taħt it-tmexxija tiegħu Bayern Munich rebħu ċ-Champions League. Fil-fatt, dan kien fl-istaġun tal-2012-13 meta dakinhar Bayern rebħu t-‘Treble’.
Heynckes kien ħalla lit-tim wara li kiseb dan is-suċċess storiku u minfloku Bayern kienu ħatru lil Pep Guardiola.
Dan tal-aħħar, kif ukoll Ancelotti naqqsu milli jirbħu ċ-Champions League. Ancelotti tkeċċa mill-kariga wara li ġimgħa ilu Bayern tilfu 3-0 kontra PSG f’logħba valida mir-rawnd mill-fażi tal-gruppi taċ-Champions League.
Heynckes ilu bla klabb sa mill-2013.
//= $special ?>