Lokali

Il-Kap tal-PN ilaqqa’ għall-ewwel darba l-Kummisjoni Elettorali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia l-Ħamis filgħaxija laqqa’ għall-ewwel darba lill-kummissjoni elettorali interna tal-Partit Nazzjonalista bi tħejjija għall-elezzjonijiet li jmiss fi ħdan il-partit għall-karigi li hemm bżonn jiġu eletti.

F’diskors lill-membri tal-kummissjoni, il-kap tal-Partit Nazzjonalista ddikjara li kienet ix-xewqa tiegħu li l-pożizzjonijiet fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista jimtlew kemm jista’ jkun malajr

Hu għalhekk li l-elezzjonijiet interni se jsiru sa tmiem Novembru.

Il-Kummissjoni Elettorali se titmexxa’ min-Nutar Robert Muscat bħala Chairman, u Angelito Sciberras, Erica Gauci, Richard Muscat, John Debono, David Camilleri, l-Avukat Alessia Psaila Zammit, Euchar Mizzi u Graziella Attard Previ bħala membri.

Adrian Delia rringrazzjahom li mill-ewwel u mingħajr kundizzjonijiet għażlu li jservu fuq din il-kummissjoni.