Lokali

Il-Konferenza Our Ocean li qed issir f’Malta: Il-Prinċep Karlu jwissi dwar “diżastru” fl-Oċean

Illum f’Malta fetħet il-konferenza globali Our Ocean, ir-raba’ waħda li qed issir. Il-Konferenza tiffoka fuq l-isfidi ewlenin tal-Oċean, fosthom żoni martittimi protetti, sajd sostenibbli u t-tniġġis fil-baħar.

Għal konferenza attendew diversi persuni distinti minn madwar id-dinja, fosthom il-Prinċep Karlu. Il-Prinċep Karlu wissa  fid-diskors tiegħu sostna biex ma nistennewx li neqirdu d-dinja qabel niddeċiedu li nagħmlu xi ħaġa. Sostna li jekk ma’ nagħmlu xejn se jkollna diżastru totali.

Ir-rappreżentant għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà u l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Federica Mogherini ħabbret li l-Kummissjoni Ewropea se talloka €560 miljun, b’36 azzjoni konkreta għall-inizjattiva Our Ocean.

Indirizzaw il-konferenza wkoll il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat u l-kummissarju ewropew Karmenu Vella.