Lokali

Il-Maltempata taffettwa l-indafa tal-baħar f’Wied iż-Żurrieq

Il-maltempata li laqtet lill-pajjiżna f’dawn l-aħħar jumejn ma affettwax biss il-qawwa tal-baħar iżda anki l-indafa tagħhom.

F’ritratt iċċirkulat fuq il-facebook ftit tal-ħin ilu, wieħed jista’ jara kif din il-maltempata qalila imliet il-baħar f’Wied iż-Żurrieq b’ħamrija li tkaxkar mal-istess wied.

Għalkemm hija xena normali f’widien li jagħtu direttament lejn il-baħar wara maltempati bħalma ħakkmu lil pajjiżna, hija verament ħasra li tara din ix-xena f’ bajja pittoreska kemm frott il-proċess naturali kif ukoll il-ħmieġ tal-bniedem.

Minn hawn nappellaw sabiex inżommu l-widien tagħna ndaf u jitnaddfu regolarment mill-awtoritajiet.