Lokali

Int kemm domt fit-traffiku dalgħodu?

Żgur li dalgħodu ma’ kull min iltqajt tkellimt dwar it-traffiku. Żgur li tkellimt dwar kemm domt biex wasalt minn destinazzjoni sa destinazzjoni oħra.

It-traffiku kull ma jmur qed ikompli jiżdied u naturalment is-sewwieqa qed jiddeċiedu li jiżvugaw ir-rabja tagħhom fuq il-midja soċjali.

Ħafna kkritikaw is-servizz tat-trasport pubbliku u fissru li flok tal-linja saru aktar frekwenti, fil-ħin tat-traffiku saru inqas frekwenti, dan qed iwassal biex in-nies ma’ jagħmlux kuraġġ jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku u b’hekk jonqsu l-karozzi fit-toroq Maltin.

Naturalment il-kummenti fuq il-midja soċjali fil-ħin tat-traffiku jvarjaw, min jiżvoga r-rabja b’ċertu mod u oħrajn jiżvugaw din ir-rabja b’umoriżmu.

Fost ohrajn kien hemm min b’umoriżmu rrefera għad-deċiżjoni ta’ Transport Malta li tneħħi l-għalliema tas-sewqan fil-ħin tat-traffiku, u b’ton umoristiku qal li din l-azzjoni ħadmet biex jonqos it-traffiku.

Kien hemm min ukoll li b’ċajta qal li tant kemm se jdum fit-traffiku, li se jilħaq joħroġ fiċ-ċinemas il-film Avatar. Naturalment mhux in-nies kollha l-istess u hemm messaġġi li ma stajnix nuruhom minħabba l-lingwaġġ.

 

Net News se jkompli jsegwi din il-problema, għaldaqstant jekk tiltaqgħu mat-traffiku ibgħatulna r-ritratt jew filmati fuq news@netmedia.com.mt