Għawdex Lokali

Ix-Xlendi tajjeb għall-għawm

Wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar fl-aħħar jiem, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali avża li ż-żona tal-għawm fil-bajja tax-Xlendi, Għawdex, hija tajba għall-għawm.

Il-bajja tax-Xlendi ngħalqet ingħalqet il-ġimgħa l-oħra wara li l-baħar ġie kkontaminat minn xi materjal ta’ rziezet li ntrema llegalment u sadd arterja prinċipali. Kawża t’hekk irriżulta f’overflow fil-wied li baqa’ nieżel sal-bajja.

Dakinhar, il-poplu Munxari fix-Xlendi qam fi xmara ta’ ilma kkontaminat fi Triq tal-Għajn, it-triq prinċipali li tagħti għall-bajja.