Lokali

Jitkompla x-xogħol ta’ sigurtà fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Fix-xhur li ġejjin mistennija li jkomplu x-xogħolijiet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex tiżdied is-sigurtà.

Ftit żmien ilu tmexxa l-iscreening tas-Sigurtà Ċentrali mill-post oriġinali tiegħu għall-ewwel sular fuq bażi ikbar. Hekk kif dan żied is-sigurtà, ix-xogħol li mistenn jibda fis-6 ta’ Ottubru u se jasal fi tmiemu fi Frar 2018 se jwassal biex jiġi post permanenti fil-livell li jinsab bħalissa.

Fl-erbgħa xhur li ġejjin, il-passiġġiera li se jużaw l-ajruport huma mħeġġa biex jaslu sagħtejn qabel it-titjira tagħhom. Fix-xogħol li se jsir se jiżdiedu żewġ lanes għal nies li għandhom it-tfal magħhom u dawk li jibbukjaw ‘business’.

Dan il-proġett, li ġie jiswa 12-il miljun ewro, diġa iffaċilita l-wasla għall-passiġġiera b’żieda ta’ 8 imwejjed ta’ check-in filwaqt li l-installazzjoni ta’ Baggage Handling System (BHS) mistennija li tgħin biex kollox jimxi aħjar u b’mod iktar sigur.