Lokali Saħħa

L-Oppożizzjoni tressaq mozzjoni biex tassigura li ma tinkisirx il-liġi

Il-Parlament - Mill-Arkivji

L-Oppożizzjoni, permezz tal-Kelliem għas-Saħħa Stephen Spiteri u l-Whip tal-Grupp Parlamentari David Agius, ressqet Mozzjoni fil-Parlament biex tassigura li bl-Avviż Legali mressaq mill-Gvern, ma tinkisirx il-liġi.

Fil-fatt, l-Avviż Legali mressaq mill-Gvern jwassal biex tinkiser l-Att tal-Protezzjoni tal-Embrijuni. Dan peress li dan l-Att jitkellem dwar ‘ġenituri prospettivi’ u ‘prokreazzjoni b’assistenza medika’. Mhux minnu li l-Oppożizzjoni ressqet dan l-Avviż Legali biex tneħħi drittijiet ta’ xi individwi. Anzi, għall-kuntrarju, l-Oppożizzjoni, permezz ta’ dan l-Avviż Legali qed tassigura li l-liġi attwali ma tinkisirx.