Lokali

Multa ta’ €70 jekk tixrob barra fit-triq fil-Gżira u r-Rabat Għawdex

Il-Kunsill Laburista tal-Gżira jipprojbixxi l-konsum tal-alkoħol fit-toroq Gżirjani

Il-konsum tal-alkoħol fit-toroq Gżirjani issa se jiġi kkunsidrat bħala reat hekk kif il-Kunsill Laburista tal-Gżira approva ‘bye-law’ li tipprojbixxi dan.  Jekk wieħed jikser din il-liġi, se jiġi mmultat €70.

Is-Sindku, Conrad Borg Manche, qal li huwa nġust li r-residenti Gżirjani jkunu kostretti jinżlu l-bankini f’mixjiethom minħabba li dawk li jikkunsmaw l-alkoħol barra l-ħwienet jiżgumbrwha kompletament. B’hekk, il-Kunsill Gżirjan huwa kommess li jneħħi kull periklu mit-toroq tar-raħal.

Iżda l-Gżira mhux l-unika raħal li għadda ‘bye-law’ tax-xorta tagħha hekk kif il-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria approva ‘bye-law’ li tipprrojbixxi il-konsum tal-alkoħol f’postijiet pubbliċi bħal Villa Rundle. Minkejja dan, din il-‘bye-law’ mhijiex effettiva fuq dawk il-postijiet liċenzjati li jbiegħu l-alkoħol fiż-żoni permess bħat-Tokk u Pjazza San Ġorġ.