Ir-ritratt tal-ewwel paġna tal-ġurnal In-Nazzjon juri l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jieħu l-ġurament bħala Membru Parlamentari biex għada l-Ġimgħa jieħu l-ġurament tal-Kap tal-Oppożizzjoni.
Stejjer oħra ewlenin fil-ġurnal jittrattaw il-laqgħa li kellu l-PN mal-MCESD b’rabta mal-pre-budget document li ippubblika l-PN b’rabta mal-Bagit, id-dikjarazzjoni li għamel il-Maestro Brian Schembri li se jieħu l-każ tiegħu l-Qorti, iż-żjarat li l-Kap tal-PN qed jagħmel lill-istudenti fl-Istituzzjonijiet edukattivi u d-dikjarazzjonijiet li għamel il-President tal-MUT dwar kwistjonijiet pendenti mal-Gvern dwar l-għalliema.
Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi politika ta’ Angelo Micallef u Antonello Cuschieri.
//= $special ?>