Dalgħodu ġew arrestati 5 t’irġiel u 8 nisa, kollha ta’ nazzjonalita’ Bulgara.
Fl-ewwel intervent, il-Pulizija osservat illi għall-ħabta tan-nofs siegħa, wasal van tal-kiri quddiem lukanda f’Tas Sliema u ftit tal-ħin wara ġew osservati dawn persuni ħerġin mill-istess post bil-bagalji. Il-Pulziija kellha informazjoni li dawn kienu ser jitilqu minn Malta aktar tard wara nofs in-nhar. Il-Pulizija waqfet lil dawn il-persuni u għarfithom bl-arrest tagħhom. F’dan l-ewwel intervent mill-Puliizja, ġew arrestati 4 t’irġiel u 6 nisa li kienu akkumpanjati minn 3 ‘itfal; żewġt ibniet u tifel, li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn ħames u sitt snin. Dawn ġew meħuda taħt skorta tar-Rapid Intervention Unit, ġewwa l-Għassa Tas-Sliema għal aktar investigazzjonijiet.
Sagħtejn wara, f’intervent ieħor, ġew arrestati 2 nisa u raġel li kien akkumpanjat minn tifel. Peress li l-arrestati kienu akkumpanjati bit-tfal, il-Pulizija infurmat lill-aġenzija Appoġġ, li qed tgħin sabiex jinstab post alternattiv għal dawn it-tfal.
Fil-pussess tal-Bulgari instabu ammont sostanzzjali ta’ flus; Ewro u Sterlina, kif ukoll flejjes oħra ta’ muniti barranin u mobiles li kienu ġew irrappurtati misruqa.
Il-Pulizija għandha ukoll CCTVs u evidenza oħra b’konnessjoni ma’ din l-attivita’ organizzata, inkluż evidenza li dawn il-persuni kienu qegħdin jużaw lit-tfal f’din l-attivita’ kriminali. Il-persuni mistennija jitressqu l-Qorti nhar is-Sibt filgħodu.
Il-Pulizija qed tissokta b’aktar investigazzjonijiet u rondi sabiex tipprevjeni dan ir-reat, fost l-oħrajn.
//= $special ?>