Lokali

RITRATTI: Adrian Delia jiltaqa’ mal-istudenti tal-Junior College u l-Higher Secondary

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kompla jiltaqa’ mal-istudenti fl-ewwel jiem tagħhom għal din is-sena skolastika.

Fil-Junior College tal-Imsida, fejn bħalissa għaddejja l-Freshers’ Week, Adrian Delia qatta’ ħin twil jitkellem mal-istudenti, b’ħafna minnhom jitolbuh jieħu selfie magħhom.

Xi ħaġa assoċjata mal-Junior College għall-aħħar snin hi wkoll il-pika sana bejn l-ghaqdiet tal-istudenti, l-SDM u l-Pulse għal min minnhom se jmexxi l-Kunsill Studenti tal-Junior College.

Kien ma’ dawn l-organizzazzjonijiet li Adrian Delia qatta’ ħin twil fejn iddiskuta magħhom l-ideat li jixtiequ jimplimentaw għall-istudenti tal-kulleġġ.

Dan minbarra li ltaqa’ ma’ studenti nvoluti f’diversi għaqdiet, fosthom dawk reliġjużi, edukattivi, sportivi u ta’ divertiment.

Akkumpanjat mid-deputati David Agius u Therese Comodini Cachia u mill-kandidati Alan Abela Wadge u Anne Marie Muscat Fenech Adami, Adrian Delia sab ukoll il-ħin li jieħu kafe mal-istudenti fil-canteen, fejn intlaqa’ b’applaws.

 

Wara din iż-żjara, Adrian Delia baqa’ sejjer in-Naxxar, fejn għaddejja wkoll il-freshers’ week fil-Higher Secondary.

Filwaqt li kien qiegħed idur l-istands, hu ħeġġeġ lill-istudenti biex juru t-talenti tagħhom, u b’hekk kantaw diska. Adrian Delia ngħaqqad mal-istudenti fejn qajmu brijju kbir.

Aktar tard hu żar il-Youth Hub fejn flimkien mad-deputat David Aguis u Noel Galea u Dorian Sciberras lagħbu maż-żgħażagħ li kien hemm.

L-aħħar żjara tiegħu f’din l-iskola kienet fil-librerija fejn iffirma l-prospectus tal-iskola.