L-awtoritjiet f’Amsterdam qalu li mhux se jagħtu aktar permessi għal ħwienet immirati lejn it-turisti li jżuru l-belt kif ukoll għal take aways fil-qalba tal-belt. Dan fi sforz li l-belt tingħata lura lir-residenti tal-belt u jkunu jistgħu jgawduha aħjar.
Il-Kunsill Lokali ta’ Amsterdam qal li dan jgħodd kemm għal dawk li jbiegħu souvenirs kif ukoll dawk li jikru roti, biljetti għal tours u ħwienet li l-klijenti tagħhom ikunu l-aktar it-turisti. Se jkun hemm ukoll permessi limitati għal ħwienet tat-take away, kemm jekk huma ġelati kif ukoll prodotti tal-ikel oħra li wieħed jista’ jiekol fit-triq.
Ix-xahar li għadda t-tmexxija ta’ Amsterdam qablet li żżid it-taxxa fuq il-kmamar li jinkrew it-turisti minn 5 għal 6 fil-mija wara ilmenti mir-residenti. Dan apparti li mhux se jkomplu jinħarġu permessi għal lukandi f’parti kbira minn Amsterdam.
//= $special ?>

