Futbol Sport

Andres Iniesta jġedded il-kuntratt

Andres Iniesta flimkien mal-President ta' Barcelona Josep Maria Bartomeu (Ritratt: EPA)

Andres Iniesta ffirma kuntratt ġdid li bih se jkun qed itemm il-karriera ma’ Barcelona. Il-midfielder ta’ 33 sena lagħab 639 logħba u hu t-tieni l-aktar plejer li lagħab mal-klabb, bir-rekord hu ta’ Xavi b’767 logħba.

Hu ngħaqad mal-klabb f’Settembru tal-1996 fl-età ta’ 12-il sena u skorja 55 gowl wara li għamel id-debutt f’Ottubru tal-2002. Il-kuntratt tiegħu kien jiskadi fi tmiem dan l-istaġun, iżda b’dan il-kuntratt ikkommetta l-futur tiegħu mal-klabb.

Iniesta kien sar captain tat-tim fl-2015 u għandu r-rekord ma’ Lionel Messi ta’ 30 unur mirbuħ mal-klabb. Iż-żewġ timijiet jistgħu jżidu rebħ ta’ kampjonat ieħor hekk kif dan l-istaġun, Barcelona kisbu seba’ rebħiet mill-ewwel seba’ logħbiet.