Sport Waterpolo

Bogdan Rath jinħatar kowċ ta’ Valletta United

Il-kowċ il-ġdid ta' Valletta Bogdan Rath (lemin) flimkien mal-President tal-klabb Victor Spiteri

Valletta United bdew jaħdmu wkoll għall-impenji li jmiss fix-xitwa, hekk kif ħatru lil Bogdan Rath bħala l-kowċ tagħhom fuq kuntratt ta’ tliet snin. Rath li hu Rumen b’passaport Taljan, ilu f’pajjiżna għal diversi snin hekk kif lagħab f’Malta ma’ Sliema u San Ġiljan.

Bħala kowċ, Bogdan Rath mexxa lil San Ġiljan, Sirens u f’dan l-istaġun lil Sliema. Hu se jkun qed jieħu post Stephen Rizzo, bit-tama li t-tim Belti jkun kompetittiv u jipprova jevita l-aħħar post fil-Kampjonat Premier.

B’din il-ħatra, il-klabbs kollha tal-Kampjonat Premier mistennija jkollhom kowċ barrani fit-tmexxija teknika.