Lokali

FILMAT: Il-ġlieda tradizzjonali bl-ilma titwaqqaf minħabba argumenti; tkompli wara ftit ħin

Kif isir kull sena fil-bidu ta’ sena skolastika ġdida fl-Universita’, illum saret il-battalja bl-ilma bejn l-istudenti tal-liġi (ELSA) u l-istudenti tal-arkitettura (SACES) tal-Università.

Għal xi ħin matul il-waterfight kien xi argumenti żgħar bejn l-istudenti taż-żewġ għaqdiet u għaldaqstant twaqqfet momentarjament sakemm aktar tard kompliet u ntrebħet mill-organizazzjoni tal-Periti (SACES).