Ħaddiem ta’ 60 sena weġġa’ gravi wara li llum wara nofsinhar sofra ġrieħi f’idejh waqt li kien qed jaħdem b’magna f’fabbrika fiż-żona Industrijali ta’ Bulebel fiż-Żejtun.
L-incident seħħ għall-ħabta tal-4:30 ta’ wara nofsinhar.
Ir-raġel li jgħix il-Fgura ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

