Il-kowċ veteran Jupp Heynckes se jkun qed imexxi lil Bayern Munich għar-raba’ darba fil-karriera, wara li llum wara nofsinhar tħabbar uffiċjalment il-ftehim. Heynckes li għandu 72 sena kien irtira wara li rebaħ it-treble ma’ Bayern fl-2013, u se jieħu post Carlo Ancelotti sa tmiem l-istaġun.
Ftit jiem ilu, Heynckes kien qal lill-pubblikazzjoni Ġermaniża Kicker, li l-ħatra tiegħu kienet att ta’ ħbiberija u mhux ritorn. Bayern Munich jinsabu ħames punti bogħod mil-leaders tal-Bundesliga Borussia Dortmund, filwaqt li kisbu rebħa u telfa fil-grupp tal-UEFA Champions League.
Heynckes kien ħa t-tmexxxija ta’ Bayern għall-ewwel darba fl-1987 qabel ma rritorna bħala caretaker manager fl-2009. Hu kien irritorna bejn l-2011 u l-2013 u kien spiċċa bir-rebħ tal-Bundesliga, it-Tazza Ġermaniża u ċ-Champions League.
//= $special ?>