Il-kumpanija GO plc qed tinvesti aktar minn minn € 100 miljun għall-ħames snin li ġejjin biex tiżgura li l-infrastruttura u s-sistemi tagħha jirriflettu l-iżviluppi teknoloġiċi li qed iseħħu u tkompli taqdi t-talbiet dejjem jikbru tal-komunità u tal-ekonomija Maltija.
Fi stqarrija, il-kumpanija GO qalet li bħalissa qed ittejjeb iż-żewġ kejbils li għandha taħt il-baħar li jgħaqqdu lil Malta mal-Ewropa kontinentali permezz ta’ Sqallija biex jirdoppja l-kapaċità tad-data ta’ dawn il-kejbils. Dan id-dettalji ngħataw waqt żjara li għamel il-Prim Ministru fl-Uffiċju Ewlieni ta’ GO.
//= $special ?>

