Lokali

Il-Partit Nazzjonalista b’delegati ġodda fil-Kummissjoni Elettorali

Il-Partit Nazzjonalista nnomina żewġ delegati ġodda fil-Kummissjoni Elettorali biex b’hekk, tkun tista’ titkompla l-ħidma f’wieħed mill-aktar entitajiet importanti għad-demokrazija f’pajjiżna.

Iż-żewġ delegati ġodda huma Angelito Sciberras u Antoine Portelli. Dawn iż-żewġ persuni ġew nominati wara li Matthew Mangion u Boris Xerri ddeċidew li jirriżenjaw mill-kariga tagħhom qabel l-elezzjonijiet għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lil Matthew Mangion u Boris Xerri għall-impenn tagħhom fl-aħħar snin, u jawgura lil Angelito Sciberras u Antoine Portelli ħidma fl-interess mhux biss tal-Partit Nazzjonalista, iżda tal-elettorat Malti u Għawdxi.