Tal-anqas 16-il persuna tilfu ħajjiethom wara li ferrovija laqtet xarabank hekk kif kienet qed taqsam il-linji qrib il-belt ta’ Vladimir, mal-100 mkilometru minn Moska.
Hemm suspetti li l-makna tax-xarabank waqfet taħdem hekk kif kienu qed jaqsmu l-linji tal-ferrovija u wara li x-xuffier injora sinjal biex ma jaqsamx. Ix-xarabank kien fuq vjaġġ minn San Pietruburgu lejn Nijini-Novgorod. Il-passiġġieri kienu kollha mill-Uzbekistan filwaqt li ż-żewġ xuffiera li kellha x-xarabank kienu mill-Każakistan.
RITRATTI: Imwiet wara li ferrovija tolqot xarabank fir-Russja





