Żagħżugħ Somalu residenti San Ġwann dalgħodu tressaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ serq ta’ vann mill-Marsa.
Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, il-Prosekuzzjoni xliet lil Abdilkarim Isman Omar li kmieni l-Ħamis filgħodu bejn l-4a.m. u l-5a.m. inqabad fil-fatt jipprova jisraq vann tal-għamla Ford Transit minn Xatt il-Mollijiet fil-Marsa
Omar kien akkużat ukoll li kellu raża tal-kannabis fil-pussess tiegħu u li kien xurban fil-pubbliku.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Daryl Borg. L-Avukat Noel Bartolo assista lill-akkużat.
//= $special ?>