L-uffiċjali Ġermaniżi qalu li kienu sabu żieda ta’ materjal radjuattiv fl-arja fil-Punent u ċ-Ċentru tal-Ewropa. Imma ma hux magħruf għaliex dan seħħ.
Intqal li mid-29 ta’ Settembru bdew jinstabu livelli għolja ta’ dak li hu magħruf bħala Ruthenium-106 fl-arja fil-Ġermanja kif ukoll fl-Italja, l-Awstrija, l-Iżvizzera u Franza.
Is-sors tar-Ruthenium-106 mhux magħruf, imma l-indikazzjonijiet huma li dan feġġ mill-Ewropa tal-Lvant.
Il-livell tar-radjazzjoni s’issa hu baxx ħafna u mhux ta’ periklu għall-bniedem. Is-sors jidher li kien madwar 1,000 kilometru ’l bogħod mill-Ġermanja.
Materjal radjuattiv fl-arja tal-Ewropa


