It-tiri sparati f’hold-up f’ħanut tad-deheb f’Tignè u l-isparatura fil-Mellieħa li ħalliet żewġ persuni feruti, jiddominaw l-istejjer ewlenin tal-ġurnal In-Nazzjon. Fl-ewwel faċċata wkoll ritratt tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia mal-istudenti meta lbieraħ kompla biż-żjarat fl-istituzzjonijiet edukattivi din id-darba b’laqgħat mal-istudenti fil-Junior College, fl-Imsida, u fil-Higher Secondary, fin-Naxxar.
Aktar rapporti dwar il-Baġit li l-Gvern se jressaq it-Tnejn li ġej fil-Parlament, bil-UĦM Voice of the Workers’ tippreżenta lill-media l-proposti li ressqet lill-Gvern.
Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu llum l-analiżi ta’ Joe M. Zahra dwar id-distakk bejn is-sinjuri u l-fqar, kif ukoll ir-riflessjoni ta’ Fr Mario Attard.
//= $special ?>