
Il-Perit Malti-Brittaniku, Jonathan Mizzi rebaħ unur internazzjonali waqt ir-Restaurant & Bar Design Awards li saru f’King’s Cross Londra.
Il-Perit Malti flimkien mat-tim tiegħu minn Mizzi Studio kien rikonoxxut għad-disinn ta’ kjosk f’londra fl-istabbiliment ta’ Westfield Stratford.
Il-ġurija ta’ din is-sena inkludiet rappreżentanti ta’ diżinjaturi, intraprendituri u l-aqwa chef’s tad-dinja, fosthom Ralph Lauren, Domus, Architectural Digest, Jamie’s Italian, St John Restaurant u aktar.



