Futbol Sport

Ryan Fenech jieħu post Zach Muscat fl-iskwadra finali għal kontra s-Slovakkja

It-tim Malti li beda lbieraħ kontra l-Litwanja (Ritratt: Trevor Sollars)

Il-midfielder Ryan Fenech ħa post id-difensur Zach Muscat fl-unika bidla tal-iskwadra Maltija għall-aħħar partita tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja kontra s-Slovakkja f’Trnava. Muscat li jilgħab mal-klabb Taljan ta’ Arezzo, se jkun nieqes minħabba li hu sospiż wara li rċieva karta safra fid-draw ta’ 1-1 kontra l-Litwanja.

Fuq in-naħa l-oħra, Ryan Fenech se jkun qed jirritorna wara li tilef il-logħba tal-bieraħ minħabba li kien sospiż. Il-kowċ Malti Pietro Ghedin żamm il-kumplament tal-iskwadra, bil-captain Andrè Schembri mistenni jirkupra wara li kellu joħroġ fil-ħin tal-mistrieħ minħabba daqqa f’rasu wara dwell fl-arja.

L-attakkanti Michael Mifsud u Jean Paul Farrugia kif ukoll il-midfielder Bjorn Kristensen mhux parti mill-kontinġent li telaq għal Vjenna fi triqtu lejn Trnava, minħabba li għadhom qed jirkupraw minn injuries li sofrew. L-iskwadra Maltija waslet f’Trnava dalgħodu.

Skwadra finali

Gowlkipers: Henry Bonello (Valletta), Andrew Hogg (Hibernians)

Difensuri: Andrei Agius (Hibernians), Cain Attard (Birkirkara), Steve Borg (Valletta), Ryan Camilleri (Valletta), Clayton Failla (Hibernians), Sam Magri (Ebbsfleet), Daniel Zerafa (Ħamrun Spartans), Joseph Zerafa (Valletta)

Midfielders: Clyde Borg (Floriana), Paul Fenech (Balzan), Ryan Fenech (Balzan), Luke Gambin (Luton), Steve Pisani (Floriana), Johann Bezzina (Hibernians)

Attakkanti: Siraj Arab (Ħamrun Spartans), Alfred Effiong (Balzan), Lydon Micallef (Ħamrun Spartans), Andrè Schembri (Apollon Limassol)