Lokali

Vodafone b’teknoloġija ġdida – internet b’1 gigabit fis-sekonda

Fi preżentazzjoni għall-media mill-kumpanija Vodafone Malta, ġiet preżentata teknoloġija li qed tiġi żviluppata minn Vodafone, u li fis-snin li ġejjin, mistennija tibda toffri internet b’veloċità ta’ ‘one gigabit per second’.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet saret preżentazzjoni ta’ din it-teknoloġija, fejn filmat ta’ siegħa sħiħa bi kwalità HD tniżżel f’inqas minn nofs minuta.

Bħalissa, l-ogħla veloċità għall-internet li joffri Vodafone għandu veloċità ta’ 4G+.

Fuq livell Ewropew hemm impenn li sas-sena 2025, ikun hemm internet b’veloċità 5G fl-ispazji pubbliċi kollha, jiġifieri aktar mit-teknoloġija li Vodafone qegħdin jistinkaw biex jiżviluppaw, jiġifieri ta’ internet b’veloċità ta’ 1 gigabit per second.