Il-bastiment Salvatur VI li jtajjar bandiera Maltija u mmexxi minn Salvatur VI Fishing Company Limited ta’ Albert Satariano ilu mit-28 ta’ Settembru li għadda sekwestrat fil-Libja iżda għal xi raġuni l-Gvern Malti għadu ma ddikjarax il-bastiment tiegħu.
Sadattant, matul il-ġurnata, il-Kaptan inħeles u ġie ritornat lura lejn l-Italja wara l-intervent b’suċċess tal-awtoritajiet Taljani. Sar ukoll intervent mill-ambaxxata tal-Indoneżja biex jinħelsu wkoll il-baħrin li issa mistennija jirritornaw lura lejn pajjiżhom fis-sigħat li ġejjin.
Madankollu, il-Gvern Malti għadu s’issa ma rrikonoxxiex li l-lanċa tas-sajd Salvatur VI hi filfatt irreġistrata f’Malta, minkejja li dan hu minnu. Attwalment id-dgħajsa tinsab sekwestrata, mingħajr kaptan u dalwaqt ukoll mingħajr membri tal-ekwipaġġ.
Dan is-servizz jinkludi l-intervista mas-sid tal-bastiment Malti, iżda ttieħdet qabel l-aħħar żviluppi tal-ħelsien tal-kaptan.
//= $special ?>

