Futbol Sport

FUTBOL – Il-Kroazja jkeċċu lill-kowċ

Jumejn qabel il-konfront kruċjali kontra l-Ukrajna, il-Kroazja keċċew lill-kowċ Ante Cacic.

Tard il-Ġimgħa filgħaxija l-Kroati ġew miżmuma draw 1-1 mill-Finlandja u dan ir-riżultat ifisser li jinsabu f’riskju li ma jikkwalifikawx għat-Tazza tad-Dinja.

Huma bħalissa qegħdin fit-tieni post u issa jmisshom logħba diffiċli kontra l-Ukrajna li għandhom punti daqshom. Mill-aħħar erba’ partiti l-Kroazja ma rebħux tlieta minnhom u dan wassal biex Cacic tilef postu.

Fl-aħħar logħba se jkun Zlatko Dalic li se jmexxi lit-tim.