Futbol Sport

FUTBOL U21 – Vella jsejjaħ l-iskwadra għal kontra l-Iżvezja

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella sejjaħ skwadra finali għal partita ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew kontra l-Iżvezja li tintlagħab fl-10 ta’ Ottubru.

Iż-żgħażagħ Maltin sa issa kellhom bidu frustranti f’din il-fażi ta’ kwalifikazzjoni, hekk kif tilfu t-tliet logħbiet minn Grupp 6 li ntlagħbu kollha barra minn Malta, b’riżultat identiku ta’ 2-1.

Wara telfa kontra l-Belġju f’Marzu, it-tim Malti deher li seta’ jikseb il-punti, iżda fiż-żewġ okkażjonijiet kontra Ċipru u l-Ungerija, il-Maltin sofrew gowls fil-ħin miżjud tat-tieni taqsima.

Il-gowls tat-tim Malti sa issa kienu skorjati mill-midfielder ta’ Birkirkara Jake Grech, mid-difensur ta’ Valletta Jean Borg u mill-winger ta’ Rangers Myles Beerman.

Wara li jilagħbu fl-Iżvezja, it-tim Malti ta’ taħt il-21 sena jilgħab l-ewwel logħba f’pajjiżna kontra t-Turkija fl-Istadium taċ-Ċentinarju fl-10 ta’ Novembru.

L-iskwadra finali hi din:
Gowlkipers:
Jake Galea (Ħamrun Spartans); Philip Schranz (Birkirkara).
Difensuri: Jean Borg (Valletta); James Baldacchino (Floriana); Karl Micallef (Ħamrun Spartans); Dunstan Vella (Hibernians); Kurt Zammit (Birkirkara).
Midfielders: Myles Beerman (Glasgow Rangers); Dexter Xuereb (Mosta); Juan Corbalan (Gżira United); Jake Grech (Birkirkara); Matthew Guillaumier (Birkirkara); Zachary Scerri (Gżira United); Neil Tabone (Żejtun Corinthians).
Attakktni: Jurgen Degabriele (Hibernians); Aidan Friggieri (St Andrews); Joseph Mbong (Hibs); Kyrian Nwoko (Valletta).