Lokali

Hold-Up fl-Imsida

Il-Pulizija li ssejħu fuq il-post

Illum, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet għadha kemm seħħet serqa minn ħanut li jinsab fi Triq l-Isqof Caruana, Msida.

Il-Pulizija marru minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel, allegatament armat b’oġġett tal-ħadid, daħlu ġol-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel ta’ 54 sena li jgħix s-Siġġiewi.

Il-ħalliel irnexxielu jaħrab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti. F’dan il-każ ħadd ma weġġa’.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.