Kultura Lokali

L-aħħar preparamenti għal Notte Bianca 2017

Għat-tnax -il edizzjoni ta’ Notte Bianca, il-belt Valletta se terġa tibqa’ mixgħula għal-lejl sħiħ ta’ divertiment u ħajja.

Hekk kif il-preparamenti għal-lejla ma jonqsux, Notte Bianca 2017 mistennija tkun okkażjoni oħra biex il-pubbliku jgawdi x-xenarju tal-kapitali Maltija f’ambjent ta’ ċelebrazzjoni, filwaqt li japprezza l-arti u l-kultura fost oħrajn.

Bħal kull sena, il-pubbliku se jkollu aċċess b’xejn għal palazzi statali, il-mużewijiet u esebizzjonijiet tal-arti ta’ kull tip, minn Bieb il-Belt sa Forti Sant’Iermu.

Din is-sena wkoll, apparti l-pjazez ewlenin, se jingħataw importanza żoni oħra tal-Belt, fosthom in-naħa t’sfel u l-periferiji.

Dan minbarra li r-ristoranti u stabbilimenti se jkunu qed jiftħu sa tard bil-lejl.