Għal darb’oħra, l-Ombudsman qed jerġa’ jistaqsi jekk l-impjiegi li qegħdin jingħataw bħala positions of trust humiex konformi mal-Kostituzzjoni tagħna.
Il-ġimgħa li għaddiet, fil-Parlament tressaq l-Ombusplan għas-sena 2018, fejn ġie mifhum li l-Ombudsman irċieva parir awtoritattiv li dawn il-positions of trust li ġew mogħtija mill-Gvern Laburista huma irregolari.
L-Ombusdman Anthony Mifsud qal li hemm regoli ċari fil-Kostituzzjoni tagħna ta’ kif il-Gvern għandu jimpjega nies f’position of trust. L-Ombudsman kwota mill-Kostituzzjoni stess, fejn stqarr li meta jingħataw karigi mal-Gvern dawn m’għandhomx jagħmlu diskriminazzjoni abbażi ta’ twemmin politiku, u dawn l-impjiegi għandhom jingaħtaw biss jekk huma fl-interess tas-servizz pubbliku u l-pajjiż.
Kompla, li fil-Kostituzzjoni mkien ma nsibu li l-Gvern jista’ jagħti position of trust lil xi ħadd li ma jaħdimx mal-Gvern. Fost id-diversi impjiegi li ġew mogħtija mill-Gvern Laburista, insibu dog handlers u messaġġiera fost oħrajn.
Fl-istess 2018 Ombusplan sar appell lill-Gvern biex ikun aktar trasparenti u kontabbli – fejn ġie elenkat li hemm nuqqas ta’ informazzjoni dwar attivitajiet, kuntratti u proġetti li jinvolvu l-ministeri u l-awtoritajiet.
//= $special ?>