Numru kbir ta’ residenti li joqgħodu fi Triq Cachia Zammit iż-Żejtun kontinwament qed jilmentaw dwar is-sitwazzjoni ta’ l-istess triq. Dan hekk kif ix-xogħlijiet li bdew fuq din it-triq waqfu għal xi ġimgħat mingħajr ħadd ma jaf ir-raġuni.
Filwaqt li r-residenti jinsabu f’din is-sitwazzjoni, fejn it-triq tinsab f’diżastru totali u x-xogħol jinsab wieqaf kompletament, l-awtoritajiet jinsabu f’konflitt. Mhux eskluż li x-xogħol waqaf minħabba nuqqas ta’ finanzi għall-kuntrattur li rebaħ tender tlett snin ilu.
Is-Sindku u l-Kunsilliera Żwieten qiegħdin jappellaw lill-Awtoritajiet konċernati sabiex jitkomplew ix-xogħolijiet mill-aktar fis possibli biex b’hekk ma jibqgħux ibatu r-residenti u nies oħra li frekwentament jużaw din it-Triq.





