Sadattant il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy wissa li kull dikjarazzjoni ta’ indipendenza mill-Katalonja kienet se tkun bla effett. Dan hekk kif l-indikazzjonijiet huma li bejn illum u t-Tlieta, l-indipendentisti tal-Katalonja jistgħu jddikjaraw l-indipendenza.
Rajoy wissa wkoll li mhux qed jeskludi li jissospendi l-awtonomija tar-reġjun.
F’intervista mal-gazzetta El País, Rajoy eskluda kull possibbilta ta’ medjazzjoni biex tissolva l-kriżi.
Skont ir-riżultati finali mir-referendum ta’ ġimgħa ilu, 90 fil-mija tat-2.3 miljun persuna li marru jivvtuaw appoġġjaw l-indipendenza. Marru jivvutaw 43 fil-mija tal-elettorat tar-reġjun Katalan. //= $special ?>






