Lokali

FILMAT: “Suppost ngħabbu minn kullimkien iżda ma ħallewniex” – Ara x’qalilna wieħed mill-barklori waqt il-protesta

Waqt il-lejl ta’ Notte Bianca, wieħed mill-barklori tad-dgħajjes tal-pass li kien qed jipprotesta tkellem ma’ NET News spjega r-raġuni għaliex saret il-protesta.

Hu qalilna li ma setgħux jgħabbu lin-nies fejn riedu għax il-ferry kien qed jokkupa żewġ postijiet. B’hekk hu kompla jgħid li kellhom aċċess għal post wieħed biss fejn jgħabbu u jniżżlu n-nies abbord il-lanċa tagħhom. Żied jgħid li l-permess tagħhhom jgħid li setgħu jgħabbu minn kullimkien iżda tal-ferry ma kinux qed iħalluhom.

Dan fid-dawl tal-kunflitt li nqala’ bejn il-barklori tad-dgħajjes tal-pass u l-ferry li kien qed jopera mill-Birgu għall-Belt Valletta. Bħala sinjal ta’ protesta, il-barklori bdew jagħlqu l-aċċess għall-moll minħabba li fi kliemhom, it-tieni bastiment tal-ferry kien qed joħloq kompetizzjoni mhux ġusta u ħadilhom għal kollox ix-xogħol.

Konsegwenza tal-protesta, fuq il-baħar inqabdu numru ta’ persuni bl-aċċess għall-art li kien magħluq għalihom. Fl-aħħar kien deċiż li l-protesta tiġi postposta għal ġurnata oħra wara li ntlaħaq qbil mar-rappreżentanti tal-balklori.

Agħfas il-link t’hawn taħt għal aktar dettalji dwar dak li ġara lbieraħ filgħaxija.

AĠĠORNATA: Tad-dgħajjes tal-pass jipprotestaw – nies maqbuda f’nofs ta’ baħar