Lokali

Għada jiġi preżentat il-Budget 2018

Għada l-Gvern mistenni jressaq il-budget għas-sena d-dieħla. Dan se jkun l-ewwel budget ta’ din il-leġiżlatura.

Id-diskors tal-budget mistenni jibda jinqara mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fis-6.30 ta’ filgħaxija, wara li d-diskors tal-budget ikun preżentat lill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fil-Palazz tal-President.

Kemm fuq NET Television kif ukoll fuq Radio 101, se tkun tista’ ssegwi l-iżviluppi kollha marbuta mal-budget.

Ix-xandira speċjali tibda fis-6 ta’ filgħaxija, l-ewwel b’ġabra ta’ aħbarijiet, u minnufih wara bi programm speċjali marbut mal-budget.

Ġimgħa oħra imbagħad issegwi r-replika tal-budget, b’diskors mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.