Lokali

Ħabta bejn karozza u vann tħalli żagħżugħ f’qagħda gravi

Żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Mellieħa weġġa’ gravi f’inċident bejn karozza u vann.

L-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu fi Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta.

Minn stħarriġ preliminari mill-Pulizija, irriżulta li ż-żagħżugħ kien qed isuq karozza tat-tip Volkswagen Golf meta għal raġuni seħħet il-ħabta ma’ vann tal-għamla Toyota.

Il-vann kien qed jinstaq minn raġel ta’ 50 sena minn San Ġwann. B’kawża tal-impatt bejn iż-żewġ vetturi, intlaqtu numru ta’ vetturi oħra li kienu pparkjati.

Malli ttieħdu l-isptar sar magħruf li ż-żagħżugħ weġġa’ gravi, filwaqt li s-sewwieq tal-vann ġarrab biss ġrieħi ħfief. L-investigazzjoni dwar dan l-inċident għadha għaddejja.