Lokali

Jaqa’ minn fuq il-bejt waqt li kien qed jaħdem

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Raġel li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fuq il-bejt, waqa’ sular u nofs għal xi raġuni għadha qed tiġi investigata.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tas-6.30 fi Triq il-Ġdida, f’Ħal Luqa.

Kien dak il-ħin meta ntalbet l-assistenza tal-Pulizija, li malli marru fuq il-post sabu li raġel ta’ 92 sena, resident Ħal Luqa stess, waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fuq il-bejt tar-residenza tiegħu.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fejn aktar tard hu kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.