Lokali

Karozza tal-linja tieqaf u tikkawża traffiku kbir fir-Rabat

Iż-żona ta’ ħdejn il-Knisja ta’ San Duminku r-Rabat spiċċat iġġamjata għal xi ħin wara li għal xi raġuni waqfet karozza tal-linja. B’konsegwenza, passiġġieri u sewwieqa damu man-nofs siegħa weqfin ħdejn il-Knisja ta’ San Duminku u t-toroq dojoq tal-madwar.

B’konsegwenza ta’ dan, kien hemm xi karozzi tal-linja oħra li komplew jimblukkaw it-toroq dojoq tar-Rabat biex f’temp ta’ ftit ħin spikkat sitwazzjoni ta’ traffiku ġġammjat.

Il-waqfien ta’ din il-karozza tal-linja kompliet iżżid mat-traffiku kkawżat minn xi attivitajiet li saru fir-Rabat u l-Imdina matul il-ġurnata, u li attiraw ammont sostanzjali ta’ vetturi.

NET News jinsab infurmat li issa s-sitwazzjoni rritornat lura għan-normal.

Ritratt meħud fiż-żona magħrufa bħala Ta’ Saura