It-tim nazzjonali Malti temm l-impenji tiegħu fi Grupp F b’telfa ta’ 3-0 kontra s-Slovakkja. Din il-logħba kienet l-aħħar għal Pietro Ghedin fit-tmexxija tat-tim nazzjonali, fejn f’żewġ esperjenzi maxxa lit-tim Malti għal 72 logħba, li hu rekord.
Is-Slovakkja marru fil-vantaġġ fit-33 minuta meta Marek Hamsik għadda lejn Adam Nemec li żmarka ruħu minn ma’ Andrei Agius u għeleb lil Andrew Hogg b’konklużjoni fil-baxx.
Is-Slovakki rduppjaw fit-62 minuta, b’Milan Skriniar jieħu l-pussess mingħand Joseph Zerafa u krossja lejn Adam Nemec li minn qagħda ideali għeleb lil Hogg b’xutt għar-rokna. L-iskor sar 3-0 fil-71 minuta meta Andrej Rusnak qabeż lil Andrei Agius u krossja lejn Ondrej Duda li mill-viċin ma żbaljax.
//= $special ?>