Rafael Nadal assigura s-sitt titlu din is-sena, b’rebħa faċli fil-finali kontra Nick Kyrgios fil-finali tal-Open taċ-Ċina. In-numru wieħed tad-dinja kien b’saħħtu għat-tennista Awstralja li kien rebaħ disa’ mill-aħħar 11-il logħba, u rebaħ 6-2, 6-1 biex kiseb it-tieni titlu f’Beijing wara dak tal-2005.
Nadal li rebaħ żewġ Grand Slams din is-sena, qatt ma deher f’periklu li jitlef kontra Kyrgios minkejja li l-Awstraljan kellu bidu tajjeb. Nadal li għandu 31 sena kien qed jilgħab fil-110 finali tal-karriera tiegħu kiser is-service tan-numru 19 tad-dinja darbtejn qabel ma għalaq il-logħba biex tawwal is-serje ta’ rebħiet konsekuttivi għal 12.
“Hu titlu importanti għalija. L-aħħar darba li kelli dan it-trofew kien fl-2005. Hu kompletament differenti, lanqas niftakar dak l-unur,” qal l-Ispanjol. Din ir-rebħa tara lil Nadal jassigura sitt titli f’sena għall-ewwel darba mill-2003 u jibda favorit fuq Roger Federer u Alexander Zverev li mistennija joffru oppożizzjoni denja fil-World Tour Finals ix-xahar id-dieħel.
//= $special ?>