Futbol Sport

Replay bl-ewwel programm tal-iskeda llejla fid-9.30pm fuq Net Television

It-tim Malti li beda lbieraħ kontra l-Litwanja (Ritratt: Trevor Sollars)

Wara li l-Ġimgħa sar l-ewwel programm mit-tielet sensiela ta’ Replay Preview, illejla fid-9.30pm isir l-ewwel programm Replay għal din l-iskeda.  L-attenzjoni prinċipali bla dubju hi fuq il-logħba li t-tim nazzjonali Malti għandu kontra s-Slovakkja, partita li ttemm l-era Ghedin fit-tmexxija tat-tim Malti.

Il-mistiedna tal-programm se jkunu l-Viċi President tal-MFA Matthew Paris, l-ekskowċ nazzjonali Pippo Psaila u l-mistieden residenti Konrad Sultana, li se jkunu qed janalizzaw il-logħba filwaqt li jiddiskutu t-triq ‘il quddiem tat-tim nazzjonali Malti.

Waqt il-programm se jkun diskuss ukoll il-każ marbut mal-gowlkiper Jurgen Borg, b’Replay jieħu l-kummenti tas-Segretarju ta’ Hibernians Stephen Abela u s-Segretarju tal-MFPA Carlo Mamo. Fil-programm ħarsa wkoll lejn il-kampjonat BOV tat-Tieni Diviżjoni.

Il-programm għandu preżentazzjoni ta’ Christian Micallef u Doriana Portelli.