Lokali

Sewwieqa ta’ mutur u rota f’qagħda gravi wara li jaħbtu

Żewġ sewwieqa, wieħed ta’ mutur u ieħor ta’ rota, jinsabu f’qagħda gravi wara inċident li fih ħabtu.

L-inċident seħħ il-Ħadd filgħodu, għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart fi Triq iż-Żejfa, il-Mosta.

Minn stħarriġ preliminari li għamlu l-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn żagħżugħ ta’ 27 sena residenti l-Isla u rota, misjuqa minn raġel ta’ 53 sena residenti l-Mosta.

Iż-żewġt irġiel ittieħdu l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn hemmhekk ġew ċertifikati li weġġgħu gravi.