Gazzetti Lokali

Suppliment speċjali ma’ il-mument

Mal-ħarġa ta’ il-mument tal-lum qed jitqassam suppliment speċjali fl-okkażjoni tal-ħatra tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni f’ċerimonja li saret nhar il-Ġimgħa li għadda filgħaxija fil-Palazz tal-President, fil-Belt Valletta.

Is-suppliment koordinat minn Joe Mikallef jinkludi intervista mal-Kap tal-PN Adrian Delia issa li nħatar Kap tal-Oppożizzjoni u li titratta l-ħidma li se jkun qiegħed jagħmel il-Partit Nazzjonalista fil-Parlament kif ukoll fuq livell ta’ partit.

Fis-suppliment hemm ukoll id-diskorsi ewlenin li għamel Adrian Delia akkumpanjati b’ritratti, sa minn meta kien elett Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista fil-lejl ta’ bejn is-16 u s-17 ta’ Settembru li għadda. Il-messaġġi politiċi jinkludu dawk li saru f’diskorsi ta’ Adrian Delia tul il-festi tal-Indipendenza ta’ din is-sena u laqgħat importanti li kellu fl-aħħar ġimgħat li wasluh biex inħatar Deputat Parlamentari Nazzjonalista u sussegwentament Kap tal-Oppożizzjoni.

L-edizzjoni tal-lum ta’ il-mument qed tinbiegħ €2.