L-Urgana Nate issa nbidel f’maltempata tropikali ftit wara li miss l-art fl-Istati Uniti. Imma l-maltemp xorta ġab miegħu riħ qawwi u xita qalila.
Hekk kif il-maltemp miss l-art fil-Louisana, dan qanqal riħ li laħaq il-137 kilometru fis-siegħa u hekk kif resaq lejn Biloxi fl-Istat tal-Mississippi batta fil-qawwa u nbidel f’maltempata tropikali.
Qabel ma wasal l-Istati Uniti, dan il-maltemp għadda minn fuq l-Amerika Ċentrali fejn ikkawa l-mewt ta’ 25 persuna fin-Nikaragwa, il-Kosta Rica u l-Honduras.
Uragan ieħor jolqot fl-Istati Uniti






