Bini ta’ Skejjel Ġodda?
Din is-sena l-Gvern wiegħed bini ta’ tliet skejjel ġodda; waħda fil-Qawra, oħra fir-Rabat Għawdex, u f’Wied il-Għajn. Iżda dawn mhux l-istess skejjel li ġew imwegħda lill-poplu Malti s-sena l-oħra?
Fil-Budget tal-2017, il-Gvern propona dawn l-iskejjel primarji biex jibnew: f’San Pawl il-Baħar, f’Marsaskala u r-Rabat Għawdex.
Minflok Qawra, inkiteb San Pawl il-Baħar.
Minflok Marsaskala, inkiteb Wied il-Għajn.
U Rabat Għawdex tħalliet Rabat Għawdex.
Uħud f’kummenti fil-media soċjali stqarru li hu ċar, li f’dan il-Budget hemm logħob bil-kliem.
Bini ta’ Grawnd Ġdid?
Din is-sena l-Gvern wiegħed bini ta’ grawnd f’Wied il-Għajn, is-sena l-oħra l-Gvern wiegħed grawnd f’Marsaskala.
Minflok Wied il-Għajn, inkiteb Marsaskala.
Bini ta’ Ċentri tas-Saħħa Ġodda?
L-istess wegħda li kien hemm is-sena l-oħra reġgħet tniżżlet din is-sena.