– Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA)
L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) iddiskriviet dan il-budget bħala wieħed li jħalli lill-gvern jimmanuvra iżda bla setturi ġodda ta’ investiment.
L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) sostniet li l-budget għall-2018 hu riflessjoni tal-ekonomija li qed tikber u sitwazzjoni fiskali li qed jikbru u li qed tħalli lill-gvern jimmanuvra biex jintroduċi miżuri speċifiċi li joħolqu bilanċ bejn l-ekonomija soċjali u l-objettivi ambjentali.
Fir-reazzjoni għall-budget, l-MEA qalet li ż-żieda fil-ħaddiema, it-tnaqqis fid-dejn pubbliku għal 57% tal-GDP, it-tkabbir reali ta’ 5% fit-tkabbir tal-GDP, il-livell baxxi rekord tal-persuni jfittxu x-xogħol u l-inflazzjoni taħt il-1.5% huma kollha indikaturi pożittivi li jagħti l-opportunità lill-Gvern biex jintroduċi setturi ta’ benefiċċju fl-ekonomija. Dan qed iseħħ f’kuntest ta’ tkabbir ekonomiku internazzjonali.
L-MEA sostniet li l-kwistjoni tal-vaganzi pubbliċi issa kienet trattata b’żieda ta’ ġurnata leave lill-ħaddiema.
Iż-żieda fit-tresholds tal-VAT minn €14,000 għal €20,000 għandha tkun milqugħa pożittivament minn ħafna negozji żgħar flimkien mal-inizjattivi tal-Microinvest f’Malta u Għawdex.
Dwar l-aspett soċjali, l-MEA qalet li l-budget jinkludi numru ta’ benefiċċji li għandhom l-iskop li jtejbu is-sitwazzjoni tal-pensjonijiet u jindirizzaw il-propjetà u s-suq tal-krijiet bla ma jiddistibilizzaw dawn is-swieq.
L-MEA tikkritika l-budget għan-nuqqas ta’ setturi ġodda ta’ investiment għalkemm l-idea li Malat ktun żviluppata bħala ċentru ta’ eċċelelnza fis-settur tal-blockchains għandha potenzjal konsiderevoli. Il-budget ma kinx ċar ukoll dwar l-Air Malta.
//= $special ?>

