Budget 2018 Lokali

Budget soċjali li jagħti importanza lill-investiment infrastrutturali – MHRA

Fi stqarrija, l-MHRA esprimiet is-sodisfazzjion tagħha li l-proposta tagħha li l-pajjiż jieħu numru ta’ inizjattivi biex pajjiżna jsir mexxej reġjonali  kienet riflessa fil-budget.

L-MHRA tgħid li dan il-budget ikompli jibni fuq dan il-għan billi jinvesti fl-infrastruttura u jieħu numru ta’ inizjattivi soċjali.  L-MHRA tgħid li dan se jkompli jsaħħaħ il-prodott turistiku ta’ pajjiżna.

L-MHRA tilqa’ l-konsolidazzjoni fiskali, iż-żieda fil-budget tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu  u l-miżuri maħsuba biex itejbu s-sostenibilita tal-ambjent ġenerali.  Hija titlob lill-Gvern biex jimplimenta azzjonijiet konkreti biex jindirizza l-kwistjoni tal-akkomodazzjoni irregolari jew mhux liċenzjata li qed twassal f’nuqqas ta’ dħul għall-Gvern.

L-MHRA tirrikonoxxi l-isforzi tal-Gvern biex jissaħħaħ il-qasam turistiku u tgħid li lesta taħdem mal-Ministru tat-Turiżmu biex jirrevedi l-politika nazzjonali tat-turiżmu.